Aktar minn 25,000 Ewropej jaħdmu f’Malta

Aktar minn 25,000 persuni barranin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kienu qed jaħdmu Malta sa Settembru 2016.
Il-Ministru għax-Xogħol Evarist Bartolo qal dan fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.
Spjega li kważi 3,000 minnhom ħadmu bħala self employed.
Żied jgħid li 1,748 minnhom kienu rġiel.
Il-Ministru Bartolo qal li aktar minn 5,700 Taljan kienu qed jaħdmu Malta sa Settemrbu 2016.
Wara t-Taljani, l-Inglizi u Bulgari kienu l-aktar li kienu qed jaħdmu f’Malta.