Aktar minn 220 Għawdxi jaqtgħu xewqithom

Aktar minn 220 persuna anzjana u vulnerabbli f’Għawdex nqatgħetilhom xewqa ċkejkna dan il-Milied permezz tal-proġett Naħseb Fik.

Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, qalet li permezz ta’ kampanja bħal din, u oħrajn simili li jiġu organizzati, tintwera solidarjetà aktar diretta bejn il-komunità.
Il-kampanja, li ġiet immexxija mill-Ministeru għal Għawdex hija simili għal dik ta’ Children’s Dreams.

Il-Ministru kompliet tgħid kif din l-inizjattiva ħeġġet sens ta’ dmir akbar fil-familji nfushom, u fl-istess ħin ħolqot kuxjenza pubblika li tgħin biex tikkumbatti jew tikkumpensa għal sitwazzjonijiet ta’ solitudni jew tbatija.

Din kienet it-tielet edizzjoni ta’ din il-kampanja fi żmien il-Milied.

Ritratti: MGOZ