Aktar minn 22,000 familja bbenefikaw mit-tqassim tal-ikel tal-Gvern

22,306 familji bbenefikaw mit-tqassim tal-ikel tal-Gvern.
Dan l-ikel ġie provdut permezz tat-tender li ħareġ mill-Fond Konsolidat.
Għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon spjega li li mit-22,306 familji, kien hemm 2,716-il persuna li għandhom wild wieħed taħt is-16-il sena li jirċievu benefiċċju mhux kontributorju.
Żied jgħid li kien hemm 3,566 persuni li jgħixu waħedhom u jirċievu l-pensjoni tal-età  intitolati għall-ikel. Madankollu 80% tagħhom ħadu l-pakkett tal-ikel.
Spjega  li 2,095 persuni li benefikaw mill-ikel kienu nies li jirċievu l-pensjoni tad-diżabilità u ma jaħdmux filwaqt 11,206 kienu familji li jirċievu l-energy benefit.
Michael Falzon qal li t-tqassim sar bejn it-3 t’April sal-20 ta’ Mejju minn 29 lokalità differenti, fosthom tliet lokalitajiet Għawdxin.
Ritratt: DOI: Clodagh Farrugia O' Neill