Isiru 80% inqas spezzjonijiet tal-VAT f’temp ta’ 3 snin

Fl-2017 saru 10,123 spezzjoni filwaqt li fl-2020 saru 1,994. Dan juri nuqqas drastiku ta’ 80% fl-ispezzjonijiet li saru matul l-2020. Fl-2017 kien hemm 539 irregolarità filwaqt li fl-2020 kien hemm 176 irregolarità.

Matul l-2018 kien hemm 10,047 spezzjoni li minnhom instab li kien hemm 921 irregolarità. Filwaqt li fl-2019 saru 8,278 spezzjoni li minnhom instab li kien hemm 792 spezzjoni

Dan it-tnaqqis jidher ukoll fin-numru ta’ persuni li ġew investigati b’rabta ma’ ksur tal-liġi tal-VAT fl-2020 meta kkumparat ma’ snin oħra. Filwaqt li fl-2011 ġew investigati 449 persuna minħabba ksur ta’ VAT, fl-2020 ġew nvestigati 65 persuna.

Dawn l-ispezzjonijiet isiru mir-Revenue Inspectors li bħalissa jammontaw għall-61 persuna.

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna ppreżenta din l-informazzjoni fil-Parlament b’risposta għall-mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.