Aktar minn 200 miljun kompjuter bil-Windows 10

Aktar minn 200 miljun kompjuter qed jużaw is-sistema operattiva tal-Microsoft Windows 10, bil-kumpanija Amerikana tgħid li din il-verżjoni ta’ Windows kienet l-iktar waħda li qed tiġi aġġornata malajr.
F’Lulju li għadda, Microsoft kienet iddeċidiet li kull min kellu verżjoni antika jkun jista’ jniżżel il-Windows 10 bla ħlas.
Din il-verżjoni l-ġdida tal-Windows qed tieħu post Windows 8, li rċeviet ħafna kritika tant li Microsoft iddeċidew li jaqbżu l-Windows 9 u minflok imorru għal Windows 10 mal-ewwel.
Microsoft iżda għadhom lura fis-suq tal-ismartphones u tablets u qed iħeġġu lill-iżiluppaturi biex jibnu apps apposta għal Windows Mobile bit-tama li jkunu f’pożizzjoni li jilħqu lil Apple u Android.