Aktar minn 200 każ ta’ poljo fil-Pakistan

Qed jiżdiedu b’rata allarmanti l-każi ta’ poljo fil-Pakistan dan wara li l-Awtoritajiet Pakistani tas-Saħħa irreġistraw tmin każijiet ġodda.
Dan ifisser li l-każi f’dawn l-aħħar xhur issa żdiedu għal 202 u b’hekk inkiser ir-rekord tas-sena 2000 meta kien hemm 199 persuna morda bil-poljo.
Matul is-snin, it-Talibani wettqu attakki u qatlu volontarji li kienu qed imexxu kampanji ta’ edukazzjoni u jqassmu l-vaċċin kontra l-poljo.