Aktar minn 200 ħaddiem Għawdxi jaħdmu bit-teleworking

F’temp ta’ ftit ġimgħat telgħu għal aktar minn mitejn il-ħaddiema f’Għawdex li jaħdmu bit-teleworking. F’Novembru li għadda, d-deputat Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ kienet sostniet li f’Ministeru sħiħ kien hemm biss sitt persuni minn Għawdex li qed jaħdmu bit-teleworking.

 “Fil-Ministeru għal Għawdex hemm biss sitt nisa jaħdmu bit-telework waqt li l-uniku raġel li applika ma kienx aċċettat. Hu insult li jkun hemm sitt persuni biss minn Għawdex,” kienet stqarret id-deputat Nazzjonalista.

Madanakollu f’mistoqsija parlamentari oħra li t-tweġiba għalijha ngħatat fis-seduta tal-lejla, l-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, qal li mill-bidu ta’ Marzu sal-lum fil-Ministeru għal Għawdex hemm 199 ħaddiema jaħdmu bit-telework; 48 raġel u 151 mara.

Fil-mistoqsija tagħha, Buttiġieġ staqsiet lill-Ministru Camilleri jgħid jekk minbarra s-7 ħaddiema tal-Gozo Channel kienx hemm aktar ħaddiema mis-servizz pubbliku li jadmu permezz tat-teleworking.