Aktar minn 20 sid irid ibiddel il-palazzin tiegħu f’lukanda

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu kif ukoll il-Ministeru tat-Turiżmu, il-Kultura u l-Ambjent nedew skema li tinċentiva r-rinovazzjoni tal-Palazzini Maltin. Permezz ta’ din l-iskema il-Palazzini jinbidlu f’akkomodazzjoni lussuża għat-turisti.

Għal din l-iskema, li bħalissa għadha fi stadju ta’ proġett pilota, applikaw s’issa 21 persuni.

L-iskema se tgħin sabiex tassisti lill-propjetarji jgħaddu mill-proċeduri ta’ applikazzjoni sabiex jingħataw il-permess finali għax-xogħol ta’ titjib. Se tgħin ukoll biex is-sidien jagħmlu użu mid-diversi fondi għar-rinovazzjoni ta’ bini antik.

It-tnedija saret f’Palazzino fil-Belt Valletta.