​“Aktar minn 2 miljun batterija impurtati f’Malta kull sena”

Bħala parti mill-impenn biex jiġu riċiklati aktar batteriji, il-GreenPak qed taħdem biex dawn jinġabru b’mod sigur fil-kampanja BATREE.
Fakkret li aktar minn 2 miljun batterija jiġu importati f’Malta kull sena u li skont miri stabbiliti mill-Unjoni Ewropea, 45% minnhom iridu jiġu riċiklati.
Membri tat-tim tal-GreenPak qed ikunu preżenti f’ċertu ħwienet tal-merċa biex jinfurmaw lill-pubbliku dwar kif jista’ jiddisponi b’mod korrett mill-batteriji użati. Tfal li jżuru l-istands tal-kampanja qed jingħataw rigal.
Apparti minn supermarkets, kontenituri speċjali tal-BATREE jinsabu wkoll fil-Kunsilli Lokali, skejjel u stationaries.
Il-kampanja BATREE qed issir f’dawn il-ħwienet:

Scotts Supermarkets:

  • Ħ’Attard
  • B’Kara
  • Burmarrad
  • Naxxar
  • Santa Luċija
  • Tas-Sliema
  • San Ġiljan
  • Ħaż-Żabbar

 PAVI Supermarket:

  • Ħal Qormi

 PAMA Shopping Village:

  • Mosta

 Lasco Supermarket:

  • Żejtun

Chain Supermarkets:

  • Ħaż-Żabbar
  • Fgura

 Green’s Supermarket

  • Swieqi

 Tower Supermarket:

  • Tas-Sliema

 Valyou Supermarket:

  • Naxxar

 Smart Supermarket:

  • B’Kara