Aktar minn 2.7 miljun persuna jużaw tal-linja f’Jannar

Aktar minn 2.7 miljun persuna użaw is-servizz tat-trasport pubbliku matul Jannar li għadda.
Dan qalu l-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi fil-parlament b’risposta għall-mistoqsija li saret minn Marthese Portelli.
Fil-Parlament intqal ukoll li d-dħul min-nollijiet għall-istess xahar jammonta għal aktar minn €1.3 miljun.
F’Jannar li għadda, il-kumpanija Arriva temmet l-operat tagħha, filwaqt li l-Gvern ħa f’idejh is-servizz tat-trasport pubbliku.