Aktar minn 1,500 post vakanti fl-iskejjel tal-Knisja

Arkivji: knisja.mt/ritratti

Read in English.

Il-Kurja ħabret li b’kollox se jkun hemm 1,528 post vakanti għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru online jew f’xi wħud mill-iskejjel tal-Knisja kif indikat fir-regolamenti. L-applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju jsiru f’Novembru 2019, l-applikanti l-oħra jsiru f’Jannar u Frar tal-2020.

Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja. Lista tad-dokumenti meħtieġa, il-ġranet meta wieħed għandu japplika u aktar dettalji huma mniżżla fir-regolamenti li jinsabu online fuq www.knisja.mt.

L-applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju jinkludu tfal li huma fi djar tal-Knisja, tfal tal-impjegati tal-iskejjel tal-knisja, aħwa li jistgħu jinkitbu fl-istess skola ta’ ħuthom u tfal li qegħdin fi skejjel tal-Knisja bla kontinwità. L-applikanti l-oħra huma l-applikazzjonijiet għat-tfal li ma jaqgħux taħt l-ewwel kriterju u li l-ġenituri tagħhom jixtiequ li dawn jidħlu fi skola tal-Knisja.

Intqal ukoll li se jiġu allokati għadd ta’ postijiet lil tfal ikkunsidrati bħala każijiet serji u li għalihom hemm regolamenti speċifiċi. Il-każijiet serji jinkludu tfal li għandhom jew se jkollhom bżonn l-għajnuna ta’ LSE, każijiet soċjali u każijiet ta’ tfal tal-ażil. Il-każijiet serji jsegwu proċess parallel għall-applikazzjonijiet l-oħra.

In-numru ta’ postijiet vakanti għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2020 – 2021 huwa kif ġej:

Ir-regolamenti għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja għas-sena skolastika 2020 – 2021 ġew ippubblikati fuq il-websajt tal-Arċidjoċesi ta’ Malta www.knisja.mt fil-paġna ‘Skejjel tal-Knisja’.