Aktar minn 13,000 persuna jużaw is-servizzi tas-saħħa mentali

Ftit aktar minn 13,500 persuna użaw is-servizzi tas-saħħa mentali matul l-2016.
Waqt li kien qiegħed iwieġeb għad-domanda parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Peter Micallef, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-aktar żewġ każijiet komuni li l-pazjenti sofrew minnhom kienu disturbi mentali, minħabba użu ta’ sustanza psikoattiva (mhux alkoħol) u disturbi affettivi.
F’mistoqsija parlamentari separata, il-Ministru għall-Edukazzjoni qal li l-Aġenzija Żgħażagħ ma organizzatx programmi ta’ empowerment għaż-żgħażagħ li għandhom mard ta’ saħħa mentali jew diżabilità intellettwali.