Aktar minn 10,000 persuna jitolbu għar-ripatrijazzjoni waqt il-pandemija

Miguela Xuereb

Waqt il-pandemija tal-COVID-19 il-Gvern Malti għen lil madwar 10,278 persuna li talbu sabiex jiġu ripatrijati.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li dawn kienu ċittadini li ġejjin minn 109 pajjiż differenti.

Meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonniċi, Bartolo qal li ċ-ċifri huma sal-aħħar ta’ Mejju. Il-Ministru informa lill-MP li ma kellux informazzjoni skont il-ġeneru ta’ dawk li talbu l-għajnuna.

Il-Gvern kien nieda numru ta’skemi ta’ ripatrijazzjoni volontarja minħabba l-coronavirus.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn