Aktar minn 1000 tabib jirribellaw kontra l-abort fl-Ingilterra

Aktar minn 1000 tabib u 500 student tal-mediċina fl-Ingilterra qed jirribellaw u kważi qed jagħmlu rewwixta fil-miftuħ kontra kampanja biex l-Assoċjazzjoni Medika Ingliża tappoġġja proposta biex l-abort ikun jista’ jsir anke meta t-tarbija tkun waslet biex titwieled.
It-tobba ikkritkaw bl-aħrax din il-proposta estrema u qal li jekk l-Assoċjazzjoni Medika Ingliża tappoġġja din il-proposta tkun qed tikkaġuna ħsara irreparabbli lir-reputazzjoni tagħha.
It-tobba li qed jipprotestaw iffirmaw ittra li ntbagħtet lit-Tabiba Anthe Mowat, Chairperson tal-union tat-tobba, li fiha kkundannaw mozzjoni biex tiddekriminalizza l-abort, bħala mozzjoni estrema.
Dawn it-tobba u l-istudenti wissew lill-British Medical Association li jekk din il-proposta tkun implimentata dan ikun ifisser l-introduzzjoni tal-abort għal kwalunkwe raġuni sa 28 ġimgħa tat-tqala u anke sat-twelid tat-tarbija. Huma talbu lill-Assoċjazzjoni li huma membri tagħha biex tiċħad din il-mozzjoni estrema.
Fl-ittra intqal li dan il-grupp ta’ tobba għandhom pożizzjonijiet diversi dwar l-abort, iżda lkoll jemmnu li l-mozzjoni in kwestjoni tmur ‘l hinn kemm mid-doveri professjonali tagħhom  bħala tobba kif ukoll mix-xewqat espressi tan-nisa Ingliżi fejn tidħol il-leagali u r-regolamentazzjoni tal-abort.