Aktar minn 100 immigrant jipprotestaw f’Ħal Safi

Read in English.

Matul il-lejl li għadda l-Pulizija ssejħet fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi minħabba xi protesti li nqalgħu fiċ-Ċentru stess.

Skont kelliem għall-Pulizija, il-Korp ġie infurmat bil-każ fl-9:40pm. Fil-protesta ħadu sehem aktar minn 100 persuna, iżda n-numru eżatt ma ġiex ikkonfermat.

Meta Newsbook.com.mt saqsa jekk kienx veru li l-maġġoranza tal-persuni li ħadu sehem fil-protesta kienu l-istess persuni li ddaħħlu mill-Forzi Armati ta’ Malta ftit tal-ġranet ilu minn fuq il-vapur Ocean Viking, il-Pulizija ma kinitx f’pożizzjoni li tirrispondi.

Is-sitwazzjoni reġgħet għan-normal ftit tal-ħin wara.