Aġġornata:Aktar minn 100 immigrant jidħlu f’Malta

Aktar minn mitt immigrant waslu Malta b'dinghy u daħlu fi Triq il-Powerstation Marsaxlokk.

Newsbook jinsab infurmat li l-Pulizija jinsabu f'Delimara hekk kif l-immigranti qed jingħataw l-għajnuna. Hu mifhum li kien hemm mas-86 raġel, 15-il mara filwaqt li magħhom kien hemm ukoll tarbija.

L-ambulanzi wkoll jinsabu fuq il-post, f'każ li xi immigranti jkollhom bżonn li jingħataw il-kura fl-isptar Mater Dei.