Aktar minn 100 fekruna tal-baħar mejta fil-Messiku

Reuters

Uffiċjali Messikani qegħdin jinvestigaw il-mewt ta’ aktar minn 100 fekruna tal-baħar li qegħdin fil-periklu. Dawn mietu f’santwarju fin-Nofsinhar tal-Messiku.

113-il fekruna nstabet mejta bejn l-24 ta’ Lulju u t-13 t’Awwissu fis-santwarju ta’ Puerto Arista, skont ma tgħid stqarrija mill-uffiċċju tal-avukat federali għall-protezzjoni ambjentali.

Dawn il-fkieren kienu jikkonsistu f’102 tat-tip olive ridley, hawksbill, u 5 mill-ispeċi tal-fkieren ħodor. Huma nstabu f’partijiet differenti mill-bajjiet li jtulu 30 kilometru.

It-3 tipi ta’ fkieren li nstabu huma fil-periklu li jiġu estinti fil-Messiku, l-aktar il-fekruna hawksbill. 

Xi esperti qalu li dawn mietu għax fgaw, minħabba ganċijiet tas-sajd jew alka perikoluża, imma l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.