Aktar minn 10 miljun login għall-BOV Mobile app

Aktar minn 10 miljun login ġew irreġistrati fuq l-applikazzjoni tal-BOV Mobile sa minn meta tnediet fis-suq ħames snin ilu.
Dan tħabbar minn Ivo Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Electronic Banking fil-Bank of Valletta matul preżentazzjoni qasira fil-BOV Centre f’Santa Venera.
Christopher Attard kien l-abbonat tal-BOV Mobile li għamel l-10 miljun log in minn fost l-abbonati kollha. Ivo Camilleri ppreżentalu iPhone 7 b’rikonoxximent ta’ dan l-istadju importanti. F’din l-okkażjoni, Attard kien uża l-applikazzjoni biex janalizza l-kontijiet tiegħu, imma kif spjega, huwa juża l-app b’mod frekwenti, u jużaha regolarment biex jagħmel pagamenti lil oħrajn kif ukoll biex iħallas il-kontijiet tas-servizzi bażiċi.
Il-BOV Mobile app hija disponibbli fuq l-Apple iPhone u fuq Android smart phones u tablets. Tista’ tiġi aċċessata kemm lokalment kif ukoll minn barra l-pajjiż bl-użu ta’ 3G/4G jew WiFi. L-applikazzjoni hija disponibbli biex titniżżel bla ħlas mill-Apple App Store u mill-Google Play. Aktar informazzjoni dwar din l-applikazzjoni u kif tista’ titniżżel hija disponibbli fuq il-websajt bov.com.