Aktar minn 1.6 miljun passiġġier qasmu l-fliegu fis-sajf

Total ta’ 1,674,618-il passiġġier qasmu l-fliegu bejn Malta u Għawdex matul it-tielet kwart tas-sena.
Meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet, dan ifissier żieda ta’ kważi 2%.
Kif wieħed jistenna, l-ikbar ammont ta’ passiġġieri qasmu matul Awwissu, b’total ta’ 582,199 passiġġier, jew inkella 34.8% tat-total.
Anke n-numru ta’ karozzi żdiedu bi 3.7% għal 463,585.
Matul dawn it-tliet xhur, il-vapuri tal-Gozo Channel għamlu 6,334 vjaġġ.