Aktar minn 1,400 omm jibbenifikaw mill-proġett postnatal care

Minn meta f’April li għadda l-qwiebel bdew imorru fil-komunità u joffru s-servizzi u l-għarfien tagħhom, kien hemm aktar minn 1,400 omm li bbenefikaw minn dan il-proġett.
B’kollox il-qwiebel għamlu aktar minn 3,500 żjara, b’kull omm hi intitolata għal tliet żjarat: waħda meta l-omm toħroġ mill-isptar, l-oħra biex il-qabla tiċċekkja l-post fejn qed tgħix il-familja u t-tielet żjara tkun dwar pariri u għajnuna lill-omm.
Waqt żjara li s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne għamel lill-waħda mill-familji li gawdew mill-proġett fil-komunità, qal li permezz tal-Postnatal Care, il-qwiebel itejbu l-ħiliet tagħhom u jimxu id f’id mas-servizzi li jingħataw mid-Discharge Liaison Midwives u mid-Discharge Liaison Nursing. 
Fid-29 ta’ Awwissu li ġej l-ommijiet u l-pubbliku ġenerali huma mistiedna jieħdu sehem fis-sessjoni ta' konsultazzjoni dwar il-Breastfeeding Policy.  Min hu interessat li jattendi għandu jċempel fuq 23266000.