Aktar minn 1.3 miljun passiġġier jaqsmu l-fliegu fit-tieni kwart tas-sena

Aktar minn miljun u 300,000 passiġġier qasmu l-fliegu fit-tieni kwart ta’ din is-sena.
Dan ifisser żieda ta’ 4% meta mqabbel mal-istess kwart tal-2015.
L-akbar ammont ta’ passiġġiera użaw is-servizz tal-Gozo Channel f’Ġunju, b’total ta’ aktar minn 460,000 passiġġier.
Anke dawk li telgħu Għawdex bil-vettura żdiedu. B’kollox telgħu aktar minn 360,000 vettura jiġifieri żieda ta’ 4.4% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
Żdiedu wkoll b’5.6% il-vjaġġi bejn iż-żewġ gżejjer, bi kważi 2,000 vjaġġ seħħew f’Ġunju biss.