“Aktar ma tikber aktar tagħmilna kuntenti” – Joseph Galea lil bintu Martina

Antonella u Joseph flimkien ma' binthom Martina

Il-kantanta żagħżugħa Martina Galea Loffreda llum qed tiċċelebra għeluq il-15-il sena tagħha. Twieledet bħal-lum it-2 ta’ Ġunju tal-2005. It-tfajla hija bint l-atturi Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda.

Antonella ma’ bintha Martina meta kient għadha żgħira

Missier it-tfajla ddeskriva l-ewwel mumenti tat-twelid tagħha.

“Maż-żerniq ta’ 15-il sena ilu rajtek l-ewwel darba. Erfajtek f’idejja u ħsibt f’dak kollu li nista’ ntik, imma int tajtna aktar għax imlejtilna ħajjitna. Aktar ma tikber aktar tagħmilna kuntenti.”

Fl-istess messaġġ huwa ddeskriva l-karattru ġenwin u ferrieħi tat-tfajla.

Ma setax jonqos li anki omm il-kantanta, Antonella Galea Loffreda, li naraw fis-sensiela Division 7, li wkoll ħalliet messaġġ lil bintha fejn iddikjarat li jarawha tikber kien u għadu l-iktar parti sinifijanti fil-ħajja tagħhom.

Awguri Martina.