Aġġornata: ​L-ogħla pożizzjonijiet għall-Maltin fil-waterpolo

Ilbieraħ iż-żewġ timijiet Maltin lagħbu kontra xulxin, fejn Tim A għeleb lil Tim B bl-iskor ta’ 15-2.
Intant iż-żgħażagħ Maltin fil-waterpolo qed jiksbu suċċess wara l-ieħor hekk kif iż-żewġ timijiet li ħadu sehem fl-EU Nations Junior Waterpolo Cup 2015, kisbu l-ogħla pożizzjonijiet.
It-Tim Nazzjonali Malti A għeleb lill-Awstrija bl-iskor ta’ 15-8 u b’hekk ġie fl-ewwel post.
Minn naħa l-oħra suċċess ukoll għat-Tim Nazzjonali Malti B, li ġie fit-tielet post wara li għelebu lir-Repubblika Ċeka 9-7.
Fil-ħames post insibu lid-Danimarka, segwita minn Wales, l-Iskozja u l-Irlanda.
L-ogħla markatur u l-aħjar plejer f’dawn il-logħbiet kien Ben Plumpton li skurja 32 gowl, filwaqt li Frederick Buhagiar ġie ppremjat bħala l-aqwa gowlkiper.
Dawn ir-riżultati jkomplu juru l-potenzjal li għandhom iż-żgħażagħ Maltin fil-waterpolo u jawgura tajjeb ferm għall-futur tal-iskwadra nazzjonali tal-kbar.