Aktar kesħa mistennija fir-Renju Unit

Twissijiet fl-Ingilterra hekk kif hu mistenni li t-temperaturi jkomplu jonqsu.
L-Uffiċċju Metereoloġiku ħabbar twissija safra sabiex is-sewwieqa joqgħodu attenti fit-toroq li se jkunu miksija bis-silġ.
F’Cornwall kien hemm numru t’inċidenti ta’ karozzi, b’seba’ karozzi involuti f’wieħed minnhom.
Sa nhar it-Tlieta, erba’ pulzieri ta’ borra se jkunu qed jiksu r-Renju Unit, bit-temperaturi jinżlu sa’ sitt gradi taħt iż-żero.
Minħabba l-maltemp, numru ta’ skejjel għalqu filwaqt li l-ajruporti kkanċellaw diversi titjiriet.