Aktar każijiet tal-Coronavirus fl-Ewropa jinfirxu mill-Italja

Linkiesta

Read in English.

Kien hemm żieda fil-każijiet tal-Coronavirus fl-Ewropa hekk kif l-indikazzjonijiet huma li dan il-virus beda jinfirex madwar l-Ewropa u anki ‘il hinn mill-Italja, il-pajjiż bl-akbar każijiet li hux ġejjin miċ-Ċina u l-Korea t’Isfel.

Il-każijiet kienu rapurtati fl-Awstrija, l-Isvizzera u l-Kroazja kif ukoll l-Alġerija u kollha nies li kienu ġejjin mill-Italja.

Kien hemm ukoll l-ewwel każ konfermat fl-Amerika Latina, fil-Brazil, u dan ukoll kien persuna li daħal fil-pajjiż mill-Italja.

Sadattant fl-Italja stess issa huma 11 dawk konfermati mejta minn dan il-virus, u 300 każ konfermat u b’dawk konfermati bil-Coronavirus fi Sqallija issa laħaq tlett każijiet.