Aktar każi ta’ lsien u dwiefer fi skejjel primarji

Wara li l-ġimgħa li għaddiet il-Ministeru tal-Edukazzjoni kkonferma każ ta’ lsien u dwiefer fl-Iskola Primarja Ta’ Sannat, Newsbook.com.mt jinsab infurmat li fl-istess skola kien irrappurtat każ ieħor.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, jidher li tifel ieħor tat-tieni sena tal-primarja ġie infettat. Hu mifhum li oħt dan it-tifel qiegħda fl-ewwel sena tal-primarja tal-istess skola.
Sadanittant, infurmati wkoll li hemm xi każi tal-ilsien u d-dwiefer fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar. Madanakollu, il-Kap tal-Iskola ċċarat li min-naħa tagħha mhix konxja ta' każi ta' dan it-tip. 
Newsbook.com.mt qed jistenna t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li bagħat lill-Ministeru tal-Edukazzjoni.