Aktar kawżi differiti minħabba l-Covid-19

Il-Qorti ta’ Malta qiegħda ssegwi l-miżuri restrittivi minħabba l-imxija tal-Covid-19. Għalhekk aktar kawżi qegħdin jiġu differiti. Dawn il-kawżi kellhom jidhru quddiem il-Maġistrat Simone Grech.

Il-Qorti qalet li l-kawżi tal-bord li jirregola l-kera li kienu se jinstemgħu quddiem il-Maġistrat Simone Grech fis-27 ta’ Ottubru ġew differiti għat-28 ta’ Ottubru fis-1.45pm.

Il-kawżi relatati mal-Bord li jirregola l-kera li kellhom jidhru quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli fit-8 ta’ Ottubru ġew differiti għat-18 ta’ Jannar 2021 fl-istess ħin u għall-istess skop.

Is-seduta tat-12 ta’ Ottubru mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit hija differita għall-20 ta’ Novembru, li ġej.

Is-seduti differiti tad-distrett ta’ Birkirkara mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit huma:

Seduta differitaData ġdida
3 ta’ Novembru, 202013 ta’ Mejju, 2021
17 ta’ Novembru, 202020 ta’ Mejju, 2021
26 ta’ Novembru, 202027 ta’ Mejju, 2021
1 ta’ Diċembru, 20213 ta’ Ġunju, 2021

Dawn mhumiex l-unika kawżi li ġew defferiti. Fil-jiem li għaddew ġew differiti wkoll diversi kawżi li kellhom jidhru quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq kif ukoll quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia.