Aktar karozzi tal-linja fit-toroq biex ilaħħqu max-xogħol

Transport Malta ħabbret li s-servizzi ġodda tat-trasport pubbliku se jkunu estiżi minħabba domanda matul ix-xhur tas-sajf.
Ir-rotta X3, bejn l-Ajruport u Buġibba se jkollha vjaġġ ieħor fl-22:35.
Servizzi ġodda ta’ shuttle se jkunu estendi mar-rotot l-oħra, fosthom bejn il-Kalkara, ir-Rinella u SmartCity, iċ-Ċirkewwa, l-Armier u l-Għadira, kif ukoll Wied iż-Żurrieq, Blue Grotto, Ħaġar Qim u Għar Lapsi.
Dawn is-servizzi se jkunu kull nofs siegħa jew siegħa.
Transport Malta se żżid iktar tal-linja matul il-ġurnata biex jgħinu fid-domanda f’diversi rotot. 
Mill-Ġimgħa 18 ta’ Lulju se jiġi introdott is-servizz tan-Night Bus, li se jopera minn San Ġiljan għal diversi lokalitajiet madwar Malta fosthom N3 (Cottonera), N21(San Ġwann, Mosta, Naxxar, Għargħur), N31(Burmarrad, Naxxar Mosta), N32 (Msida, Birkirkara, Lija), N52 (Ħ’Attard, Rabat, Dingli), N61 (Msida, Blata l-Bajda, Hamrun, Birkirkara Żebbuġ, Siġġiewi), N62 (Marsa, Qormi, Siġġiewi, Żebbuġ), N71 (Safi, Kirkop, Żurrieq, Mqabba, Airport), N81 (Paola, Tarxien, Żejtun, Gudja), N82 (Paola, Tarxien, Zejtun Birżebbuġa).