Se jiġu installati kameras tas-CCTV f’erba’ ġonna pubbliċi fil-Mosta biex tissaħħah is-sigurtà u jonqos il-vandaliżmu fil-postijiet pubbliċi.
Fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) qalet li se tkun qed talloka €12,000 lill-Kunsill tal-Mosta biex jimplimenta dan il-proġett. Il-ġonna huma Ġnien Reggie Cilia, Ġnien Santa Margerita, Ġnien Ġorg Grognet de Vasse, u Ġnien il-15 t’Ottubru.
Skont il-PA l-Mosta, San Ġiljan, Birżebbuġa, il-Mellieħa, u n-Nadur se jgawdu minn €1 miljun f’fondi.
Fil-Mellieħa se jiġu installati dwal ġodda fi Triq Għajn Zejtuna fis-Santa Marija Estate. Il-PA se tkun qed tħallas €82,000.
Fi Triq l-Imġarr fin-Nadur se jsir turf ġdid għall-grawnd tal-futbol. Dan se jiswa’ lill-PA €64,000.
F’San Ġiljan u Birżebbuġa ġew allokati €867,000 biex jitjiebu t-toroq.