Aktar ismijiet magħrufa f’Game Over

Federica Falzon

Is-sensiela Game Over li se tibda titwassal min-nhar l-Erbgħa 8 ta’ Jannar fid-9pm fuq l-istazzjon One se tkun waħda mimlija azzjoni u intriċċi, kollox mifrux fuq 10 puntati.

Iżda apparti dan jispikkaw bosta ismijiet magħrufa li se jkunu qed jieħdu sehem f’din is-sensiela li se tkun qed tieħu post Division 7.

Il-kast jinkludi lil Carlos Farrugia, Lara Azzopardi, Mario Gatt, Matthew Sant Sultana, Michela Borg Brincat, Manwel Cucciardi, Clayton Pace, Liam Vella, Jayden John Bonanno, Jonathan Azzopardi, Sinclair Mifsud, u Mario Cassar.

Ma dawn tħabbru wkoll issa Glen Callus li diġà qed narawh fis-sensiela Division 7 li tkompli bit-tmien staġun fuq One minn Marzu li ġej. Se nkunu qed narawh fil-karattru ta’ Sander.

Hemm ukoll il-kantanta Federica Falzon, li kienet irrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision fl-2014 bil-kanzunetta Diamonds.

Ħadmet ukoll il-karattru ta’ Sacha fis-sensiela Division 7.

Sacha

Sacha hija tfajla li ghandha daqsxejn passat partikolari. L-esperjenzi koroh fit-tfulija taghha qed iwassluha biex illum il-gurnata tiehu decizjonijiet zbaljati. Sacha taf li dawn id-decizjonijiet jistghu jibqghu jittormentawlha hajjitha kollha? Din it-tfajla hija l-ahhar karattru li ser tghaqqad il-klikka tat-tliet zaghzagh flimkien ma' Bjorn u Andre. X'jaghmel lil din it-tfajla daqshekk importanti f'dan il-grupp? U fuq kollox fejn ser tohodna l-istorja taghha? Sacha ~ Karattru nterpretat min Fëdèrįčä Fåłžôñ. Good luck!Division 7 ~ Gustizzja jew Ingustizzja?Music & Sound design ~ Jeffrey Zerafa

Posted by DIVISION 7 on Wednesday, August 3, 2016

Fost produzzjonijiet oħra rajniha wkoll fl-opra bil-Malti, Aħna Refuġjati.

Aħna Refuġjati

Mhux biss, iżda f’din is-sensiela se naraw lill-kok Neil Darmanin jagħmilha wkoll ta’ attur. Lil Neil nafuh ukoll fuq it-televiżjoni f’bost programmi fosthom Puree.

Hu se jkun qed jinterpreta l-karattru ta’ Sean.

Insibu wkoll lill-attriċi Lisa Vella li se tinterpreta l-karattru ta’ Sandra. Lil Vella diġà rajniha bħala Francesca fis-sensiela Division 7.