Illum fit-3pm stennew puntata oħra tas-sensiela Sorelle li Rewind iwasslu ta’ kuljum fuq TVM.
Angela tiltaqa’ mal-Maġġur Naomi Bonaci. Dwar xiex se jitkellmu? Janice tiddeċiedi li torqod l-uffiċċju. X’se tgħidilha Gina u x’se tagħmel? X’se tgħidilha dwar il-laqgħa li kellha ma’ Matthew.

Malcolm imur f’nofs ta’ lejl għand Lorraine. X’għandu x’jgħidilha daqshekk urġenti? Għaliex ma stenniex sal-għada filgħodu?
Sorelle għandu kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber.