Aktar intriċċi f’Sorelle

Fl-episodju tal-lum ta’ Sorelle se naraw lil Lorraine tmur l-uffiċċju ta’ Ritianne. X’marret tagħmel u min kien qalilha biex tmur?

Jodi x’se tgħidilha lil Angela dwar dak li kienet marret tagħmel Lorraine?

Angela għandha informazzjoni ġdida li kienet semgħet meta marret fil-kamra tal-banju. X’semgħet eżatt lil Sully u lil Asja jgħidu?

Ritianne se ċċempel lil Diane. X’se tgħidllha dwar it-tiswija tal-kompjuter?

Sorelle jixxandar fuq TVM fit-3pm u għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni ta’ Rewind.