Aktar intriċċi f’Sorelle

Sorelle eps 12

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Sorelle niskopru jekk id-direttur tal-ħabs tax risposta lil Frederick jew inkellu għadux irid jaħsibha.

Angela titkellem mal-maġġur Bonaci dwar it-theddid li Leo kien għamel lil Maxine meta ċemplilha bil-mobajl. X’se tgħidilha? X’ħalfet li tagħmel Angela?

Il-maġġur tagħti file lil Angela u ttitlobha taqrah. Xi pjaċir trid mingħandha?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind. Jixxandar fuq TVM illum fl-3.40pm b’repetizzjoni llejla fil-11.30pm u għada fis-6.15am.

Sorelle 12

Għal din il-ġimgħa biss, ir-repetizzjoni tal-episodji kollha ta’ matul il-ġimgħa se jixxandru s-Sibt mis-1pm ‘il quddiem.