Aktar intriċċi f’Għeruq

Doreen Cini f'Għeruq

Is-sensiela Għeruq tkompli llum fit-3.30pm fuq l-istazzjon Xejk u se naraw kif il-kliem li jintqal fuq iben Bennard iġib firda. Dan iwassal biex Bennard jeħodha bi kbira ħafna. Qatt ma jistenna li xi ħadd se jasal jissuspetta li ibnu Joseph se jagħmel xi ħaġa bħal dik. Iżda l-iktar  li jeħduha bi kbira jkun il-fatt li d-diskors jintqal minn Manwel, iben Doru, iben l-ikbar ħabib ta’ Bennard.

Dan mhux biss ħammeġ isem Joseph imma jasal jgħid li kienet biċċa xogħol tal-familja. F’waqt bħal dak, meta iben Bennard ikun suspettat, min itihom xi forma ta’ għajnuna jkollhom bżonn, u mhux min imur ixerred xniegħat dwarhom.