Wara d-deċiżjoni tal-Kanċilliera Anġela Merkel li taċċetta mijiet ta’ eluf ta’ refuġjati tal-gwerra mill-2015, jidher li numru akbar ta’ immigranti qegħdin jsibu xogħol fil-Ġermanja.
Dan skont figuri li ġew ippublikati minn kumpaniji Ġermaniżi li rnexxielhom jattiraw aktar apprentisti għal taħriġ fix-xogħol minħabba żieda ta’ Afgani u Sirjani li qegħdin ifittxu ażil.
Kritiċi mill-partit lemin estrem Alternattiv tal-Ġermanja (AfD) kienu qalu li l-wasla ta’ dawn l-immigranti se tkun ta’ piż fuq il-Ġermanja.