Aktar ħniena mal-immigranti – Alleanza Kontra l-Faqar

Reuters

L-Alleanza Kontra l-Faqar qalet li tinsab deluża bl-azzjonijiet tal-Gvern fil-konfront tal-immigranti.

Sostniet li mhux talli l-Gvern ma għenx lil dawk mitlufin f’nofs ta’ baħar, iżda wkoll ħataf vapuri u assi oħra ta’ NGOs, bħal Sea Watch, u b’hekk, dawn il-voluntiera ma setgħux ikomplu jgħinu lir-refuġjati.

L-Alleanza saħqet li l-politiċi mhux qed iqisu l-umanità fid-deċiżjonijiet tagħhom. Hu importanti li jifhmu li dawn in-nies qed ibatu u qed jaħarbu minn pajjiżhom minħabba gwerer, ġuħ u skjavitù, qalet l-Alleanza.

Filwaqt li tilqa’ b’dirgħajha miftuħa lill-immigranti ekonomiċi, Malta għandha tilqa’ wkoll lil dawk inqas ixxurtjati, qalet l-Alleanza.