Aktar ħaddiema se jaslu Malta mil-Libja

289 persuna se jinġiebu mil-Libja wara li l-kumpanija Maltija Virtù Ferris tqabbdet biex tevakwa aktar ħaddiema tal-korporazzjoni Daewoo Logistics.
Il-katamaran telaq mill-port ta’ Zuwaytinah kmieni fit-tmienja ta’ dalgħodu u mistenni jidħol fil-Port il-Kbir aktar tard illejla.
Kmieni lbieraħ filgħodu, grupp ta’ 300 ħaddiem tal-istess korporazzjoni wasal Malta mil-Libja bil-katamaran iżda mbagħad telqu minnufih minn Malta permezz ta’ ajruplan li kien qed jistennihom fl-ajruport.