Aktar ħaddiema Ażjatiċi mal-Leisure Clothing

Il-kumpanija kontroversjali Ċiniża Leisure Clothing Ltd qed tistenna lill-ETC toħroġ il-permess ta’ xogħol lil 12-il persuna mill-Korea ta’ Fuq biex jibdew jaħdmu minnufih mal-fabbrika. 
Il-gazzetta The Malta Independent qed tgħid li kelliem għall-kumpanija kkonferma li se jibdew jaħdmu t-12-il ħaddiema ġodda u qed jistennew l-approvazzjoni tal-ETC u tal-ambaxxata Maltija f’Beijing. 
Leisure Clothing Ltd ilha f’Malta għal dawn l-aħħar 40 sena, bil-maġġoranza tal-ħaddiema huma Ażjatiċi, l-aktar miċ-Ċina. Madanakollu tħaddem ukoll għadd ta’ Maltin. 
Il-gazzetta qed targumenta li l-kumpanija se ddaħħal ħaddiema ġodda barranin meta f’Malta hawn 6,500 persuna tfittex impjieg. 
Id-diretturi ta’ Leisure Clothing qed ikunu akkużati bi traffikar tal-bnedmin u sfruttar tal-ħaddiema.