Aktar ġranet off jekk ma tpejjipx

Kumpanija Ġappuniża qed tagħti sitt ijiem leave żejda lil min ma jpejjipx. Dan il-pass ittieħed wara li stħarriġ wera  li min ipejjep barra mill-uffiċċju jieħu madwar sitt ijiem fi brejks f’sena. Instab ukoll li f’xi industriji, bħal dawk teknoloġiċi, ta’ ħwienet u l-finanzi, il-ħin għat-tipjip jista’ jitla’ saħansitra għal 40 siegħa kull xahar.

Skont l-istħarriġ li sar minn Halo Cigs 81.2% dawk li jpejpu jemmnu li l-ħin li jieħdu għat-tipjip huwa ġust waqt li 25.2% ta’ dawk li ma jpejpux isostnu li dan mhux fair magħhom. Xi kumpaniji, meta raw l-istħarreġ, dehrilhom li kellhom jaġġustaw il-ġranet tal-leave biex ikunu ġusti ma’ kulħadd.

Dawk li jpejpu ma’ qablux maż-żieda tal-ġranet tal-leave għal min ma jpejjipx. Imma meta tgħodd kollox issib li ma għandhomx raġun.

Skont l-istess stħarriġ ta’ Halo Cigs aktar minn 80% jgħidu li mill-anqas ħaqqhom ġurnata leave żejda fis-sena waqt li aktar minn 50% minnhom jgħidu li jmissu jkollhom aktar minn tlett ijiem żejda ta’ leave. Mill-banda l-oħra 38% ta’ dawk li jpejpu jemmnu li dawk li ma jpejpux m’għandhomx jingħataw ġranet żejda ta’ leave.

Impjegati f’xi postijiet iridu li jingħataw ferm aktar ġranet ta’ leave żejda qabel ma jaslu biex jaqtgħu t-tipjip. Dawk li jaħdmu fil-qasam legali jitolbu għal 15-il ġurnata, dawk fil-ħwienet 17-il ġurnata u dawk fil-qasam tal-edukazzjoni jgħidu li huma jkun jeħtiġilhom 30 ġurnata.