Aktar għalliema u studenti rrappurtati bil-coronavirus – UPE

children-going-to-school
Miguela Xuereb

Matul il-jum tal-lum, l-Union tal-Edukaturi Professjonali (UPE – Voice of the Workers) kompliet taġġorna lill-pubblika bl-allegati każi ta’ coronavirus qalb l-għalliema u l-istudenti.

Fl-aħħar jiem, l-union kienet qed tagħti aġġornament kontinwi permezz ta’ posts fuq Facebook fejn tispjega minn fejn ġejjin il-każijiet tal-coronavirus u f’liema skejjel.

X’inhuma l-allegati każi tal-lum?

  • Każ qalb il-komunità tal-għalliema fl-iskola primarja tal-Ħamrun li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca.
  • Każ qalb il-komunità tal-għalliema fl-iskola primarja ta’ Paola li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca.
  • Każ qalb l-istudenti mis-St Paul’s Missionary College fir-Rabat.