Aktar għajnuna għall-persuni bil-vizzju tad-droga – Bonnici

Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici qal li bħala parti mill-proċess ta’ riforma ta’ liġijiet fil-qasam kriminali, se tissaħħaħ l-għajnuna għal min irid joħroġ mill-vizzju tad-droga.

Il-liġi ta’ riforma dwar id-droga daħlet fis-seħħ tliet snin ilu, u Bonnici spjega li mill-esperjenza miksuba fl-aħħar tliet snin tinħass il-ħtieġa li jissaħħew il-poteri tal-Bord ta’ Rijabilitazzjoni ta’ Persuni li Nqabdu bid-Droga.

Se jkun possibbli wkoll li aktar vittmi tad-droga akkużati b’reati kriminali se jkunu jistgħu jitolbu li jidhru quddiem il-bord ta’ rijabilitazzjoni tenna Bonnici.

L-istqarrija tirrimarka li sa l-aħħar ta’ Diċembru 2017 total ta’ 102 persuna kienu riferuti għall-Bord ta’ Rijabilitazzjoni ta’ Persuni li Nqabdu bid-Droga.