Aktar eks ħaddiema tal-Enemalta quddiem il-Qorti

Tliet eks ħaddiema tal-Enemalta tressqu l-Qorti mixlija li bagħbsu l-meters tad-dawl u li aċċettaw flus mingħand klijenti.
Tnejn mill-akkużati ġew miċħuda l-libertà proviżorja minħabba l-biża' li setgħu jbiddlu l-provi u li setgħu jheddu lix-xhieda fil-każ.
It-tielet wieħed ingħata il-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000 filwaqt li ġew iffriżati l-assi kollha tiegħu.