Aktar drama bil-Malti għax-xhur tas-sajf

Frida Cauchi, Hermann Bonaci u JC Scicluna f'Imħabba mill-Ġdid

Ftit tal-ġranet il-bogħod mill-bidu tal-iskedi tas-Sajf tal-istazzjonijiet lokali ikomplu jitħabbru bosta sensiliet oħra li se jkunu qed jixxandru fil-ħin ta’ wara nofsinhar. L-istazzjon Net se jkun qed iwassal bosta produzzjonijiet.

Mit-Tnejn 29 ta’ Ġunju, kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa wara l-aħbarijiet ta’ nofsinhar se jkunu qed jixxandru żewġ episodji wara xulxin ta’ Simaptiċi. Il-puntati li se jintwerew se jkunu dawk mit-tielet staġun.

Fi tmiem il-ġimgħa, dejjem fil-ħin ta’ wara nofsinhar se nkunu nistgħu nsegwu bosta drama lokali oħra, dejjem bi produzzjoni ta’ Hermann Bonaci.

Mill-5 ta’ Lulju, kull Sibt u Ħadd fis-1.05pm se tkun qed tixxandar is-serje f’ħames puntati Għall-Paċi u l-Mistrieħ.

Waqt il-funeral ta’ omm Philip, tasal bla mistennija oħtu Carol wara li tkun ilha s-snin li ħarbet ma’ Awstrijak u ġiet lura għax semgħet bil-mewt ta’ ommha. Yvonne, mart Philip tkun għaddejja minn żminijiet diffiċli ħafna f’saħħitha u xejn ma tieħu gost bil-miġja ta’ oħt żewġha. Din Carol tkun tfajla fuq ruħha mhux ħazin u wara li ġiet lura tidher li baqgħet l-istess.

L-atturi principali huma Frida Cauchi, Hermann Bonaci, Vanessa Cassar, John Suda, Ronald Saliba, Stefania Vella, Simone Zammit, Ruth Mifsud u Ronnie Galea.

Mill-25 ta’ Lulju, dejjem is-Sibt u l-Ħadd mis-1.05pm, se tixxandar Ġideb u Mħabba li hija maqsuma f’ħames puntati.

Fuq ix-xogħol, Grace iħossha ħażin. Sħabha jaħsbu li niżlitilha l-pressjoni. Tistejqer ftit u toħroġ għall-brejk tiltaqa’ ma’ ħabibitha Marvic. U bl-aħbar li tagħtiha, Marvic tinħasad mhux ftit. Ikun se jkollha tarbija minn relazzjoni ma’ Claudio, ragġl miżżewweg. Dolor, omm Grace tinduna b’bidla f’bintha. Nadia, mart Claudio tgħid lill-ġenituri tagħha b’xi ittri anonimi li rċeviet.

Jieħdu sehem: Antonella Caruana, Estelle Gatt, Frida Cauchi, Hermann Bonaci, Ninette Micallef, Paul Debono, John Suda, Etienne St. John, Gabriel Micallef, Christine Bonaci, Fabian Scerri de Carlo, Jeffrey Scicluna, Josephine Mahoney, Ray Abdilla, Romina Darmanin u Renald Formosa.

Mid-9 ta’ Awwissu, kull Sibt u Ħadd, dejjem fis-1.05pm fuq l-istazzjon Net, se tixxandar is-serje f’sitt puntati Sal-Quċċata.

Norbert, producer u proprjetarju ta’ stazzjon televiżiv ikun qal lil Mariella, il-mara li tgħix miegħu, li kien sejjer Londra. Hi ċċempel fil-lukanda fejn kien joqgħod is-soltu u ma ssibux hemm. Fil-fatt kien qieghed f’lukanda f’Malta ma’ Janice, tfajla ħabiba ta’ Mariella li kienet qegħda tipprova tagħmel minn kollox biex tagħmel suċċess fil-karriera tagħha. Xi jkun id-destin ta’ Norbert? Matul dan it-thriller naraw dak li qiegħed jiġri fil-preżent imħallat ma’ ġrajjiet passati li jwasslu għall-ġrajja ta’ llum.

L-atturi prinċipali li se jiehdu sehem f’dan l-episodju huma:Romina Darmanin, Hermann Bonaci, Frida Cauchi, John Suda, Fabian Scerri de Carlo, Anna Cachia, Evelyn Saliba la Rosa, Renald Formosa, Lilian Pace, Etienne St. John, Ryan Muscat, Dorothy Vassallo, Jean Pierre Busuttil u Gilbert Buttigieg.

Imbagħad mit-30 ta’ Awwissu kull Sibt u Ħadd, dejjem fuq Net, mis-1.05pm se titwassal is-sensiela Imħabba Mill-Ġdid li hija maqsuma f’disà puntati.

Suzanne issir taf li hemm persuna oħra fil-ħajja ta’ żewġha Ronald. B’hekk titfarrak l-armonija li kienet teżisti f’din il-familja. Minkejja li r-raġel u msaħħar wara Audrey u l-ħajja differenti li qed toffrielu, Suzanne hi determinata li ma taqtax qalbha li tirbaħ lil żewġha lura.

Jieħdu sehem: Hermann Bonaci, JC Scicluna, Frida Cauchi, Matthew Carbonaro, Stephanie Bonaci, Mary Rose Bonello, Victor Grech, Rina Camilleri, Rachel Micallef, Christabelle Curmi, Antoinette Bonaci, Simon Curmi.