Aktar dewmien mill-Air Malta; affettwati 9 titjiriet

Arkivji

Numru ta’ titjiriet tal-Air Malta ttardjaw u hemm ukoll oħrajn li ġew posposti.

It-titjiriet affettwati huma:

  • KM 183 minn Londra għal Malta li ttardjat b’madwar tliet sigħat
  • KM 4438 minn Malta għal Lourdes li ttardjat bi kważi tliet sigħat
  • KM 117  minn Londra għal Malta li ttardjat b’madwar siegħa u nofs
  • KM 659 minn Comiso għal Malta li ttardjat bi kważi tliet sigħat
  • KM 658 minn Malta għal Comiso li ttardjat bi kważi tliet kwarti

KM 478 minn Malta għal Pariġi se tittardja b’siegħa. KM 421 minn Brussell għal Malta, KM 4439 minn Lourdes għal Malta, u KM 103 minn Londra għal Malta se jittardjaw ukoll.

Għadu mhux magħruf għalfejn kien hemm dan it-tibdil. Newsbook.com.mt ipprova jagħmel kuntatt ma’ kelliem tal-Air Malta, però ma kienx hemm risposta sal-ħin tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-artiklu.

Affettwak dan it-tibdil? Ibgħat imejl fuq info@newsbook.com.mt bil-kummenti jew ritratti tiegħek