Aktar demm fl-Eġittu…il-militanti joqtlu 26 persuna fis-Sinaj

Minn tal-inqas 26 persuna, il-parti l-kbira minnhom huma suldati, inqatlu mill-militanti Iżlamiċi fit-tramuntana tal-penisula Sinaj fl-Eġittu. 
Karozza bomba u rokits weġġgħu aktar minn 40 persuna. Fost il-vittmi hemm anke nies ċivili.  
Aktar attakki ġraw fil-belt ta’ Sheik Zuwayid u ta’ Rafah viċin Gaża. 
Sa issa, it-total tal-vittmi hu inqas mill-attakk li ġara f’Ottubru li għadda meta fl-istess zona, aktar minn 30 persuna nqatlu f’dak li qed jiġi deskritt bħala wieħed mill-aktar attakki imdemmija li ġara fl-Eġittu fl-aħħar sena u nofs. 
Il-grupp terroristiku Ansar Beit al-Maqdis, li qed jgħid li affiljat mal-Istat Iżlamiku, refa’ r-responsabilità tal-attakk.