Aktar dawl fuq Strada Stretta

L-istorja ta’ Strada Stretta tkompli bil-ktieb ta’ George Cini Strada Stretta Aktar dawl fuq it-triq li darba xegħlet il-Belt.
Dan il-ktieb se jkompli l-istorja affaxxinanti li Cini beda fl-2010 bil-ktieb Strada Stretta It-Triq li darba xegħlet il-Belt.
Ir-ritratt fil-qoxra tal-ktieb inġibed bejn l-1948 u l-1949 u juri l-Old Vic Music Hall, li kienet tal-famuż negozjant Pawlu Dowling, li kien l-aġent tal-birra Farsons.
Din is-sala kienet faċċata ta’ fejn illum hemm Marks&Spencer.
Il-ktieb fih 288 paġna bil-kulur u madwar 100 ritratt li l-biċċa l-kbira qed jidhru għall-ewwel darba.
Strada Stretta Aktar dawl fuq it-triq li darba xegħlet il-Belt se jkun għall-bejgħ mill-istand ta’ Miller Distributors fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Mediterran il-Belt Valletta.
Il-festival tal-ktieb se jibda nhar l-Erbgħa u jibqa’ għaddej sa nhar il-Ħadd.
Il-ħinijiet huma l-Erbgħa bejn il-5.30pm u t-8pm, il-Ħamis bejn il-11am u s-7.30pm, il-Ġimgħa bejn l-10.30am u s-7.30pm, is-Sibt bejn id-9.30am u l-10.30pm u l-Ħadd mit-8.30am sa nofsinhar.