Aktar bidliet fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar

Rodney Galea se jkun qiegħed jieħu post Matthew John Bartolo f’isem il-Partit Laburista fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl. Dan wara li ġie elett f’elezzjoni kawżali li saret illum wara li Bartolo rriżenja mill-Kunsill.
Galea kien l-unika kandidat li tefa’ n-nomina tiegħu biex jieħu post Bartolo.
Matul dan it-terminu l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl ra diversi nies eletti jirriżenjaw mill-Kunsill wara nuqqas ta’ ftehim partikularment bejn il-kunsilliera Nazzjonalisti.