Aktar attivitajiet biex ifakkru ż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II f’Malta

Bħala parti mill-kommemorazzjoni tal-25 anniversarju miż-żjara storiku tal-Papa Ġwanni Pawlu II fil-Gżejjer Maltin, il-Fondazzjoni JP2 u l-Fondazzjoni Santa Ċeċilja se jtellgħu żewġ kunċerti ta mużika sagra fil-Ħamrun u fl-Għarb.
Il-kunċert mill-Kor Santa Ċeċilja se jkollu direzzjoni ta’ Mro Antoine Mercieca, bil-parteċipazzjoni tas-Sopran Rosabelle Pavia, Patricia Buttigieg, Marthese Borg u t-Tenur Mario Portelli.
Il-kunċert se jsir nhar il-Ħamis li ġej fit-8pm, fil-Kappella tal-Madonna tal-Medalja Mirakoluża fil-Blata l-Bajda, u l-Ġimgħa fit-8pm fil-Bażilika tal-Viżitazzjoni fl-Għarb.