Aktar attakki mill-Amerikani fuq Kobani

Il-qawwiet Amerikani bl-għajnuna tal-Ġordan, fl-aħħar tmien sigħat reġgħu wettqu attakki mill-ajru kontra l-jihadisti tal-Istat Iżlamiku viċin ta’ Kobani, fit-tramuntana tas-Sirja, fejn il-Kurdi ħadu f’idejhom il-parti l-kbira tal-belt.
It-tmexxija tal-armata tal-Istati Uniti ppreċiżat li fil-mira tal-attakki kien hemm vetturi u żoni li jaqgħu taħt it-terroristi tal-Istat Iżlamiku.
Jekk it-terroristi jkollhom il-kontroll assolut ta’ Kobani, ikun ifisser li ħadu taħt idejhom l-art kollha Sirjana li tmiss mal-fruntiera tat-Turkija.
Matul it-tliet ġimgħat li Kobani ilha tiġi attakkata, tilfu ħajjithom madwar 400 persuna u aktar minn 160,000 Sirjan ġew imġiegħla jaħarbu minn djarhom għall-fruntiera mat-Turkija.
Intant, ajruplan Awstraljan ibbumbardja żoni tal-fundamentalisti fl-Iraq.