Aktar art għall-fabbriki fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far

Il-MEPA se twettaq reviżjoni parzjali tal-pjan lokali tan-nofsinhar ta’ Malta immirat lejn sit fiż-żona industrijali ta’ Ħal Far biex jintuża għal fabbriki ġodda.
Is-sit huwa madwar 18,800 metru kwadru fit-tarf taż-żona industijali, li fil-preżent hija abbandunata u parti oħra li qed tintuża bħala maħżen.
Fil-pjan lokali tal-2006, l-inħawi kienu ġew immarkati bħala żona ta’ rikreazzjoni.
Il-MEPA qed tipproponi li ż-żona tinbidel għal waħda industrijali u jinbidlu t-toroq fl-inħawi tal-istess sit.
Dan jinkludi wkoll titjib fl-ambjent taż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far pemezz tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ landscaping u jkun jinkludi sa’ 26,000 metru kwadru ta’ art fiż-żona Industrijali.
Id-dokument bil-proposti tar-reviżjoni u l-mapep jinsab disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-MEPA www.mepa.org.mt.
L-Awtorità qed tistieden lill-pubbliku u dawk interessati biex jibgħatu s-sottomissjonijiet relatati fl-indirizz elettroniku smlp@mepa.org.mt.
Is-sottomissjonijiet għandhom jaslu għand il-MEPA sa mhux aktar tard minn l-Erbgħa 17 ta’ Frar li ġej.